Dan Is-Sajf Sib Ħin u Mur Żur is-Siti ta' Heritage Malta

Heritage Malta li taħt l-amministrazzjoni tagħha jaqgħu is-siti storiċi ta' pajjiżna ħabbret li tul is-sajf se tkun qed testendi l-ħinijiet tal-ftuħ ta' ħafna mis-siti biex ikun żgurat li kulħadd ikun jista' jgawdi dawn is-siti ta' wirt storiku għal pajjiżna.

Heritage Malta ħabbret li s-siti tal-Katakombi ta' San Pawl, Forti Sant Anġlu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, il-Ġjantija u Ħaġar Qim se jibqgħu mitfuħa sas-sitta ta' filgħaxija u dawn il-ħinijiet mistennija jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ta' Ottubru.

Din tista' sservi ta' opportunitá biex l-istudenti li jkunu bil-vaganzi tas-Sajf jżuru dawn is-siti u jitgħallmu dwar il-ġawar storiċi li hu mżejjen bihom pajjiżna.

Heritage Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI