“Ziju Alfred Strieħ Fis-Sliem, U Toqgħodx Tistudja Wisq, Għax Issa Mill-Eżami, Għaddejt” – Errol Cutajar

Errol Cutajar, Kunsillier Lokali fil-lokalita’ ta’ Marsaskala, sellem il-memorja taz-ziju għażiż tiegħu Alfred permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu.

Hu kiteb, “Persuna struwita, kolta u li dejjem fittixt il-preċiżjoni biex kemm jista’ jkun tkun akkademikament korrett. Qajla kont tarak mingħajr ktieb f’idejk, u l-organizzazzjoni li kellek fil-librerija personali tiegħek kienet waħda eċċezzjonali. Sibtek ta’ spalla, ħafna aktar milli forsi kont taħseb, meta akkademikament kelli bżonnok, u tajtni dik l-imbuttatura ‘l quddiem biex stajt negħleb it-tragward tal-‘O’ level tal-Ingliż. Ma ninsa qatt il-kummiedja li kont għamiltlek, meta offrejtli li twassalni għall-eżami tal-Għarbi, li kelli f’post, u jien bi traskuraġni ddiriġejtek f’post ieħor.  Kien kollu ta’ xejn li jien ħriġt niġri ngħajjatlek, ‘Uncle Alfred, Uncle Alfred!!!’ wara li rrealizzajt l-iżball tiegħi… kont ġia lħaqt soqt. Imsomma kont għadni fl-iblah ta’ żgħożiti.”





Żied jgħid, “Naqta’ rasi li ġia tinsab fil-librerija eterna, tqalleb il-kotba tal-għerf assolut, tiddibatti ma’ Santu Wistin u San Tumas D’Akwinu, u titbissem dik in-nofs tbissima b’sodisfazzjon, li Dak li dejjem emmint li kien fuq il-liżar ta’ Turin, Hu kollu kemm Hu. Ziju Alfred strieħ fis-sliem, u toqgħodx tistudja wisq, għax issa mill-eżami, għaddejt.”

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.

Facebook / Errol Cutajar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI