Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela żamm lis-segwaċi tiegħu aġġornati, hekk kif illum il-ġenituri tiegħu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku.
Hu qal, “Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lit-tobba, nurses u ħaddiema oħra tal-ambulanza u l-isptar, lill-Pulizija u membri tas-CPD, u dawk kollha li assistew lill-ġenituri tiegħi f’inċident serju tat-traffiku illi kellhom aktar kmieni llum.”
Kompla billi żied jgħid, “Huma jinsabu rikoverati l-isptar, f’qagħda stabbli u qed jingħataw l-aqwa kura. Fl-istess waqt, talbi maż-żewġ persuni li kien hemm fil-vettura l-oħra involuta fil-ħabta biex ikollhom fejqan ta’ malajr.”
Facebook/Robert Abela