Il-paġna ta’ Infrastructure Malta għadha kif għamlet avviż fuq Facebook li parti minn Ħal Far se tkun magħluqa dal-weekend.
“Fi tmiem din il-ġimgħa (mis-Sibt 13 ta’ Frar, fil-5 ta’ filgħodu sat-Tnejn 15 ta’ Frar, fil-5 ta’ filgħodu), ser niksu b’asfalt ġdid ir-roundabout fit-tarf ta’ Triq Ħal Far, f’Ħal Far, Birżebbuġa,” ġie miktub.
“Il-korsiji kollha li jagħtu għal din ir-roundabout se jkunu magħluqin waqt ix-xogħlijiet. Segwu t-tabelli mir-roundabout tal-Gudja (l-Ajruport) jew għaddu minn rotot alternattivi.”
Tgħid xi darba se naraw it-tmiem tal-għeluq ta’ dawn it-toroq kollha?!
Facebook/Infrastructure Malta