“Dalwaqt?” – Ir-Risposta Ta’ Destiny Meta Mistoqsija Dwar Terġax Tieħu Sehem Fil-Eurovision

Waħda mill-aktar kantanti ikoniċi f’pajjiżna u waħda mill-aktar kantanti li għamlet suċċess barra minn xtutna hija bla dubju ta’ xejn Destiny. Maħbuba immens fid-dinja tal-Eurovision u bosta segwaċi kemm il-darba staqsewha jekk għadx nerġgħu narawha tipparteċipa fil-Eurovision.





Lil Destiny rajniha tirbah il-Junior Eurovision fl-2015 kif ukoll rajniha tikkompeti fl-2021 meta spiċċat fis-7 post, riżultat mill-aqwa f’edizzjoni kompetittiva immens.

Riċentament, persuna staqsa lil Destiny jekk għadx nerġgħu narawha tikkompeti fil-Eurovision permezz ta’ kumment fuq filmat tagħha fuq TikTok. Ir-risposta tagħha kienet, “dalwaqt?” fejn għalkemm ma kkonfermatx partiċipazzjoni iminenti, tatna x’nifhmu li hemm ċans li fil-futur għad nerġgħu narawha tipparteċipa fil-Eurovision.

Bla dubju ta’ xejn, is-segwaċi tal-Eurovision speċjalment dawk Maltin ikunu kuntenti immens b’dan ir-ritorn!

@destinyofficial_x#fyp ♬ original sound – Destiny

Facebook/Destiny Chukunyere



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI