Joanna Mallia hi mara li għandha għal qalbha ħafna l-annimali u spiss iċemplulha n-nies biex tmur tgħin lil xi kelb jew qattus li jkun mormi barra. Illum hi qasmet esperjenza kerha li kellha permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha.
Hi kitbet, “Kompletament ninsab disgustata b’dak li sibt illum. Xi ħadd ċempilli li hemm Persian fejn Monte Kristo, ma ssuspettajtx li se nsibu f’din il-kundizzjoni. Persian ġentili mimli għoqiedi tant li lanqas seta’ jċaqlaq ġismu sew minħabba fihom. Kellu ħafna ġuħ. Ovvjament għandu bżonn imur għan il-groomer u għand il-vet. Se nagħmel dak li hemm bżonn nhar it-Tnejn li ġej. Jekk jogħġobkom imqar saqsu għall-għajnuna, mhux titfgħuhom fit-triq qishom skart. Huma jħossu wkoll.”
Miskin dan il-qattus jidher li vera ra tbatija! Inżommuh fit-talb tagħna biex jirkupra u jsib familja li tħobbu malajr kemm jista’ jkun!
Facebook / Joanna Mallia