Għada Se Jerġgħu Jixxandru L-Episodji Ta' One Star Hotel Għal Ġurnata Sħiħa

Is-serje tant komika One Star Hotel għada mistennija tirritorna fuq l-istazzjon F Living fejn se tkun qiegħda tixxandar għal ġurnata sħiħa.

Minkejja li għaddew 'il fuq minn 20 sena minn meta ttellgħet din il-produzzjoni, madankollu għadha mfittxija minn bosta tant li sikwit ħafna jistaqsu sabiex naraw ir-ritorn ta' dan il-kast komiku.

Is-serje One Star Hotel għandu s-sehem ewlieni ta' diversi atturi lokali fosthom Karl Bonaci, Romina Bonaci, Marica Cassar kif ukoll Ray Attard li jinterpretaw il-partijiet ta' Maurizio, Flavia, Ġannina u Ċensinu rispettivament.

Intom sa ssegwu għada?

Ritratti: Facebook / One Star Hotel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI