"Irridu Nibdew Nipproteġu L-Bajjiet U L-Ambjent Ta' Pajjiżna Bil-Prattika" – Il-Ministru Aaron Farrugia

Ftit tal-jiem ilu, Neil kien qed jgħum bejn Sqallija u Malta sabiex iqajjem iktar għarfien dwar l-iskart li qed jiġi mormi fl-ibħra Maltin. Illum kien imiss lil Ministru tal-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar biex jagħti eżempju.





“Irridu nibdew nipproteġu l-bajjiet u l-ambjent ta’ pajjiżna bil-prattika. Illum għamilna beach clean-up sabiex nipprevjenu milli ċertu materjal jispiċċa fil-baħar u li jista’ jkun ta’ ħsara lill-ambjent marittimu,” jgħid il-Ministru. Mill-boroż li kellhom, jidhru li ġabru ftit mhux ħażin.

Kieku dawn l-affarijiet ma ġewx miġbura, kienu jispiċċaw fl-ibħra Maltin. Prosit ta’ din l-inizjattiva, nittamaw li naraw aktar bħalha u aktar nies jitħajru jagħmlu hekk ukoll.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI