Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom, l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati rringrazzjaw lill-persuni li taw donazzjoni biex is-santwarju jkollu l-mezzi biex isalva iżjed annimali.
Kitbu, “Dan ix-xahar, aġġornajna l-ħajt tal-unuri tagħna. Il-persuni fuq dan il-ħajt huma dawk li għenu biex is-santwarju tagħna jkun jista’ jopera, u għamluh dak li huwa llum. Impossibbli nsemmu lil kulħadd għax is-santwarju tagħna jimxi fuq id-donazzjonijiet u l-qlub tajba tan-nies li jħobbu l-annimali, imma qalb dan kollu, infakkru b’mod speċjali l-memorja ta’ tifel speċjali, u kelb speċjali. L-għażiż Jake Vella, u l-kelb tant maħbub Snoopy. It-tnejn fil-ġenna, jmexxuna minn hemm fuq.”
Żiedu jgħidu, “Il-ġenituri ta’ Jake Vella, Josie Vella u Mariska Vella, ġew iżuruna u nonorawhom ukoll talli rawwmu l-valuri f’eroj ċkejken li ħalliena wisq kmieni, u li permezz ta’ din l-imħabba lejn l-annimali li rawwmu f’binhom, huma wrew lil Malta kollha, li l-annimali huma importanti.”
Facebook / Association for Abandoned Animals