Ilkoll nafu kemm hi frustranti u tal-biki meta tkun trid tmur x’imkien u tispiċċa ddur għal tul ta’ ħin biex issib parkeġġ fejn tipparkja. L-inqas ħaġa li jkollna aptit huwa xi ħadd jiġi bil-paroli!
Waqt Ħadd Għalik tal-ġimgħa l-oħra kellna ċ-ċans nisimgħu l-esperjenza ta’ Amber meta wara nofs siegħa tfittex parkeġġ, tisma’ lil xi ħadd minn warajha ipaqpaq, ipaqpaq, ipaqpaq! Qisu xi ħadd irid jaqla’ l-paroli jew jgħidilha xi ħaġa.
Amber jidher li għall-ewwel ħasbet li xi ħadd ried joħdilha l-parkeġġ li kienet qed tistenna biex tidħol fih, iżda meta ħarġet tkellmu, indunat li xejn milli ħasbet.
Isimgħu din… tajba Amber!
Nifhmuk però Amber għax hawn min ikun pront ipaqpaq u jxejjer biex jaqla’ l-paroli!
Smajtuha l-aħħar kanzunetta oriġinali ta’ Amber? Isimgħuha hawn taħt fil-każ!
Ritratt: Pix By P
Gary Bugeja