Ilbieraħ, Frank Zammit żvela li hu kien il-vuċi wara l-karratru famuż ta’ Xummiemu. Karattru li min jaf kemm-il darba rajnieh meta konna tfal. Beda minn karikatura u bil-mod dan il-karattru ħa l-ħajja.
Valentina u Nate, baqgħu sorpriżi dwar is-sigriet li kien qed iżomm moħbi l-ħabib u kollega tagħhom Frank. Frank kif ħafna jafu bħalissa qiegħed fi kwarantina u b’hekk għall-ewwel inħasdu li jista’ jkun hemm xi ħadd miegħu d-dar.
Insomma aħna ħa nħallukom tgawdu r-reazzjoni tagħhom. Valentina kienet wisq eċitata għal dak li rat quddiemha.
Facebook / Frank Zammit