Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alex Agius Saliba, qasam fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ittra li bagħat lill-Broadcasting Authority Malta, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u lill-MCCAA.
Alex għamel dan biex jipproteġi s-suq li minnu jixtru eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Hu jisħaq li f’din l-ittra qed jagħmel fiċ-ċert li jieqaf “l-abbuż sfaċċat li qed ikun hemm fuq numru ta’ prodotti importanti”.
Dan kollu jidher li ġara waqt teleshopping fuq Smash TV fejn il-prodotti li bdew jinbigħu setgħu jpoġġu saħħet il-konsumatur f’periklu, l-aktar dawk vulnerabbli. “Ħa nkompli nara li l-konsumatur Malti u Għawdxi jkollu suq ġust anke f’dawn iż-żminijiet!” jisħaq Alex.
Fl-ittra jispeċifika l-intenzjoni tiegħu u jitlob li jkun hemm azzjoni immedjata biex il-konsumaturi jiġu protetti.
Ara aktar fl-ittra hawn taħt:
Facebook/ Alex Agius Saliba