Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru Parlamentari Alex Borg qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn rigward il-festa Maltija, ħaġa għal qalb bosta min-nies Għawdxin u Maltin.
Hu qal, “Il-festi Maltin mhumiex biss spettaklu, imma huma espressjoni ta’ fidi, komunità u tradizzjoni li jgħaqqduna bħala poplu. Kemm f’Ħaż-Żebbuġ kif ukoll f’San Pawl il-Baħar, kont hemm biex niċċelebra flimkien magħkom u napprezza l-impenn kbir wara kull festa.”
Temm billi qal, “Grazzi minn qalbi lil kull min jagħti minn ħinu biex iżomm ħaj dan il-wirt sabiħ tagħna. Il-festa t-tajba lil kulħadd.”