Partijiet Minn Dawn It-12-il Lokalità Għada Mhux Ħa Jkollhom Dawl

Skont is-sezzjoni tal-ippjanar ta' qtugħ tad-dawl tal-Enemalta, partijiet minn dawn it-tnax-il lokalità se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tad-dawl skedat għada, 4 ta’ Novembru. Il-ħinijiet ivarjaw, b'uħud mix-xogħlijiet jibdew filgħodu u jdumu sa wara nofsinhar, filwaqt li oħrajn ix-xogħol mistenni jsir wara nofsinhar.



  • In-Naxxar bejn 4:45 u 10:00
  • Marsaskala bejn 7:00 u 13:00
  • Ħ'Attard bejn 7:00 u 14:00
  • Ħal Lija bejn 7:00 u 14:00
  • Siġġiewi bejn 8:00 u 14:00
  • Swieqi bejn 9:30 u 10:30
  • San Ġiljan bejn 9:30 u 10:30
  • San Ġwann bejn 13:00 u 16:00
  • Il-Belt Valletta bejn 23:00 u 5:00
  • L-Imġarr bejn 9:00 u 12:00
  • Xewkija bejn 12:15 u 16:00
  • Sannat bejn 12:15 u 16:00

L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija b'SMS li jibgħat messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min jabbona. Tista' tirreġistra HAWN.

Ikklikkja HAWN biex tiċċekkja t-toroq speċifiċi li se jiġu affettwati.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI