Il-pjattaforma tal-Għanja tal-Poplu tħabbar il-preżentaturi tagħha għas-serata; Debbie Scerri u George Cremona. Debbieu George se jmexxu l-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu, li se ssir fit-2 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal, f’atmosfera mużikali unika bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Żewġ preżentaturi b’esperjenza u passjoni għall-kelma Maltija, se jakkumpanjaw il-pubbliku f’lejla ta’ emozzjoni, talent u mużika oriġinali. Din il-festa tal-lingwa u l-mużika se tiġbor artisti lokali li jirrakkontaw stejjer b’qalbhom kollha. Tħallix din il-lejla speċjali taħrablek!
“Debbie Scerri u George Cremona huma l-preżentaturi tad-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se jittella’ fit-2 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Biljetti jinkisbu minn https://www.ticketline.com.mt/bookings/Shows.aspx…”