Il-‘make up artist’ Jennifer Dimech żvelat fuq il-profil tagħha li ħarġet pożittiva għall-Coronavirus.
Hi spjegat is-sintomi li għandha fejn qalet li ma tistgħax ittigħem jew ixxomm, darha juġagħha u kellha wkoll riħ. Għalkemm hi tinsab pożittiva serħet moħħ is-segwaċi li kemm hi u kif ukoll it-tarbija jinsabu tajbin.
View this post on Instagram
Aħbar tajba għas-segwaċi tagħha ma naqsitx għaliex fuq Instagram ser tkun qed taqsam kontenut differenti mid-dar tagħha u ser tkompli tikkomunika man-nies onlajn.
Jennifer irringrazzjat lil dawk kollha li ħadu interess fiha u bagħtulha l-messaġġi.
J’Alla ma ddumx ma joħroġlok riżultat tal-coronavirus negattiv, Jennifer!