“Ilbieraħ Ħadt Gost Ħafna Għall-Istedina Li Kelli, Biex Nippreżenta L-Prom Night Tal-SMC Sekondarja Verdala” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero kiteb messaġġ ta’ apprezzament fuq il-paġna tiegħu għal stedina speċjali li rċieva u qasam xi ħsibijiet li għandu dwar il-mistħija fiż-żgħażagħ u s-settur tal-moda.

Hu kiteb, “Ilbieraħ ħadt gost ħafna għall-istedina li kelli, biex nippreżenta l-Prom Night tal-SMC Sekondarja Verdala. Rajt ħafna żgħażagħ, sbieħ u karattri divertenti. Hawn ħafna żgħażagħ f’Malta li għandhom biex jidhru imma jżommu lura. Jistħu u jaqtgħu qalbhom. Jien kont bħalhom, imma llum il-ġurnata jiddispjaċini għax ngħid kemm kont naqta’ qalbi.”

Żied jgħid, “Jien lil dawn iż-żgħażagħ nagħmlilhom kuraġġ ikomplu, għax il-qasam tal-moda huwa wisq ta’ għajnuna għall-kunfidenza u toħroġ il-mistħija. Waqt din l-attività ġiet organizzata fashion show u ħadu sehem ħafna żgħażagħ. Ir-rebbieħa kienu Kayden Seisun Spiteri u Laura Barbara.”





Facebook / Gaffiero Ivan



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI