Fuq il-paġna tagħha, Christabelle ta’ Belle Live Shows qasmet ritratt tat-tifel tagħha. Ritratt li jmur lura għal sena ilu, meta t-tifel tagħha rritorna lura l-iskola. “Min kellu jgħidilna li sena wara konna ħa nkunu f’dan il-baħar imqalleb kollu!?”
Hi ħadet iċ-ċans ukoll biex ma’ din il-memorja tagħmel appell, appella biex tinżamm l-indafa. F’dawn iż-żminijiet hu importanti aktar minn qatt qabel dan il-fatt. Hi kitbet, “U nixtieq ngħid ukoll biex lit-tfal ngħallmuhom ikunu nodfa wkoll għax ma nistgħux niddependu kollox fuq l-edukaturi u fuq ix-xufiera li ħa jwasslu t-tfal l-iskola (għal dawk li jużaw it-transport)…”
Hi tkompli tgħid, “għax mhux fair li ħafna tfal jarmu l-ikel fir-trasport, flixken, tissues u ħafna affarijiet. Naf x’qed ngħid għax ġieli rajt b’għajnejja lit-tfal irridu nedukawhom u rridu iġibu rispett lil kulħadd mhux għax dak jew dik xogħolhom hu ta’ cleaner allura niġu għalabiebna u nħallu mess kull fejn inkunu. U naf x’qed ngħid jiġifieri dawn mhux tfal li għandom l-età tat-tifel tiegħi imma ħafna ikbar.”
Fi żmien ta’ sfida, hemm bżonn li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, b’hekk importanti li t-tfal ikunu edukati wkoll biex juru rispett, għal saħħithom u saħħet ħaddieħor.
Facebook / Belle Live Shows