“Ma Nistax Nemmen Li Għaddew 21 Sena! Kburi Ħafna Biż-Żagħżugħ Li Sirt. Inħobbok.” – Howard Keith Debono

Howard Keith Debono

Howard Keith Debono kiteb xewqat sbieħ għall-għażiż ibnu Adam, li llum qed jagħlaq sninu. Lil Adam ftit ilu rajnieh anke jdoqq id-drums waqt il-ħames staġun ta’ X Factor Malta, flimkien ma’ oħtu Emily li kantat mal-backing vocalists.

“Nawgura lil ibni Adam Keith Debono fil-21 sena. Ma nistax nemmen li għaddew 21 sena! Kburi ħafna biż-żagħżugħ li sirt. Inħobbok. Ibqa’ għaddej,” kiteb Howard.

Qasam diversi ritratti tiegħu, fosthom anke ta’ meta kien iżgħar. Awguri mill-qalb Adam! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ritratti:

Facebook/ Howard Keith Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI