Iċ-ċkejken Lior serqilna qalbna meta rajnieh jitlob u jgħid ir-rużarju għat-tfal morda. Illum kien hemm sorpriża tistennieh. Hu daħal sparat u kif fetaħ il-purtieri sab xi ħaġa li kien ilu jixtieq milli jidher.
Kif ra l-pjanu hu beda jwerżaq bil-ferħ u kien pront sabiex poġġa fuqu u beda jdoqq! Omm Lior kitbet, “Il-pjanu tal-papà spicca għandek issa hu ħsiebu.” B’reazzjoni bħal dik kważi m’għandniex dubju li Lior ħa jkun qed jieħu ħsieb dak il-pjanu u jipprattika fuqu wkoll.
Facebook / Joslin Schembri