Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, Alfred Zammit kiteb dwar problema li ltaqa’ magħha fil-ħwienet u li ma jaqbilx magħha.
Hu spjega, “Dħalt nixtri xi xirja żgħira minn wieħed mill-ħwienet tal-konvenjenza u kif wasalt biex inhallas indunajt li nsejt il-card warajja iżda ftakart li kelli 100 ewro fil-but tal-ġlekk. Id-direzzjoni tal-ħwienet tal-konvenjenza mid-dehra tagħti direttiva lill-impjegati tagħha biex ma jaċċettawx karta ta’ 100 ewro! Hallejt kollox hemm u tlaqt!! Jekk ma jkollokx bqija nifhem iżda nota ta’ flus mhux falza u approvata mill-Bank Ċentrali u Ewropew tista’ tiġi rrifjutata! Ġrat lil nies oħrajn ukoll! X’tgħid il-liġi dwar dan? Flus mhux foloz jistgħu jiġu rrifjutati? Jista’ l-Bank Ċentrali joħroġ direttivi ċari dwar dan?!”
Intom x’taħsbu? Taqblu ma’ din ir-regola?
Facebook / Alfred Zammit