L-attur komiku u preżentatur Joseph Borg, magħruf bħala ‘Ġorġ tad-doughnuts’, ilbieraħ qasam li kien għadu kif irritorna d-dar minn operazzjoni f’Mater Dei.
“Lura d-dar għall-mistrieħ wara li llum għamilt opperazzjoni u jidher li kollox mar sew, grazzi Mulej,” beda hu.
“Issa ftit ġranet ta’ mistrieħ u nkomplu bil-ħajja normali.” Joseph spiċċa l-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema tad-Day Care ta’ Mater Dei li ħadu ħsiebu u daru bih, kif ukoll lill-ħbieb tiegħu.
Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Joseph saħħa tajba u fejqan ta’ malajr.
Facebook/Joseph Borg