L-Użu Esaġerat Taċ-Chargers Qed Iqajjem Tħassib – X'Se Jsir Dwar Dan?

L-Unjoni Ewropea ħabbret aktar kmieni llum li ser tkun qed toffri ċarġer universali għall-ismartphones, u saħqet li qed ikun hemm użu esaġerat ta’ ċarġers ta’ Apple u iPhone. Il-Kummissjoni Ewropea temmen li cable standard għall-apparati kollha jnaqqas l-iskart elettroniku, iżda Apple targumenta li ċarġer ta’ daqs wieħed għal kulħadd inaqqas l-innovazzjoni u joħloq aktar tniġġis.

Daqs 450 miljun persuna, uħud mill-aktar konsumaturi sinjuri fid-dinja, huma konsumaturi tal-Apple u iPhone u l-użu tal-USB-C bħala standard tal-cable, ladarba approvata mill-istati membri u l-Parlament Ewropew, kapaċi taffettwa s-suq globali tal-ismartphones.

L-UE qalet li s-sitwazzjoni attwali baqgħet “inkonvenjenti” u li l-konsumaturi Ewropej nefqu madwar 2.4 biljun ewro fis-sena fuq ċarġers waħedhom li xtraw separatament. Il-kumpanija Apple qalet li temmen li l-perjodu ta’ transizzjoni ta’ sentejn kien ta’ tħassib għall-industrija u qasir wisq biex jipprevjeni l-bejgħ ta’ tagħmir ta’ċarġers eżistenti.

Il-grupp tal-konsumaturi tal-UE, ANEC, laqa’ b’kawtela l-proposta iżda ħeġġeġ biex il-pjan jitwessa’ wkoll għal sistemi ta’ ċċarġjar mingħajr wires, li qed jiġu adottati dejjem aktar mill-kumpaniji tal-apparat elettroniku.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI