Wara li nhar il-Ħadd Gabriel ħareġ mill-villa ta’ Love Island Malta, ħafna baqgħu isemmuh, u esprimew id-dispjaċir li l-villa tilfet karattru mill-aqwa bħal tiegħu. Dalgħodu Gabriel kellu ċ-ċans li jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu waqt TVAM.
Jibda billi jsemmi dak li ġara meta ħareġ mill-villa darbtejn. Gabriel jgħid li għamel jumejn ma jiflaħx, u waqt li ħadu ħsiebu t-tim tal-produzzjoni, kellu joħroġ mill-villa.

Ritratt: Facebook/ Love Island Malta
Meta ħassu aħjar huwa mar lura l-villa, iżda l-affarijiet ma qalbux għall-aħjar wara ftit. “Kont mingħalija li qlibt għall-aħjar, però ‘l għada li ġejt ħassejtni li sfortunatament minix kapaċi nkompli,” jispjega Gabriel.
L-islander jirrakkonta dak li ġara wara l-ewwel recoupling, u jistqarr li wara li kienet issolviet dik is-sitwazzjoni, xtaq jiċċara xi affarijiet ma’ Alessia u Keenan. Sfortunatament ma laħaqx għamel dan.
Segwi l-intervista ta’ Gabriel fil-link HAWN
TVMi/ TVAM