Illum l-4 ta’ Frar huwa l-Jum Dinji Tal-Kanċer u l-eks-Sindku tar-Rabat, Charles Azzopardi, xtaq jaqsam erba’ kelmiet.
“Mhux illum biss, imma dejjem niftakru f’dawk kollha li jgħaddu mill-marda tal-Kanċer. Vjaġġ kiefer u kattiv. Anke meta persuna tgħaddi mill-proċess kollu biex tikseb il-fejqan, hemm bżonn ħafna imħabba, sapport u għajnuna. Il-biża’ tibqa’ hemm.”
Fuq il-midja soċjali, hu kompla billi qal: “Aħna rridu nkunu viċin dawk familjari tagħna u ħbieb li għaddew minn dawn il-mumenti diffiċli. Permezz tagħna l-persuni jirbħu l-inċertezzi u jiksbu l-fiduċja lejn il-ġejjieni. Inkunu aħna s-serħan tal-moħħ tagħhom.”
Prosit ta’ dawn il-kelmiet Sur Charles. Kull min jgħaddi minn dan il-vjaġġ jaf biss x’jiġifieri.
Facebook/Charles Azzopardi