Il-Kumitat tal-Floriana Ajax Sports Club sellem il-memorja tal-ex membru tal-Kumitat, is-Sur Harold Wright li sfortunatament għadu kif ħalliena aktar kmieni llum.
Il-Kumitat żvela kif “Is-Sur Wright kien ukoll strumental bil-ħidma tiegħu fit-tombla meta din l-attività kienet issir mil-Ajax fil-Boċċi Club. Ħafna mir-ritratti li jeżistu fl-għaqda ġew meħuda minnu.”
Furjaniż ukoll sellem il-memorja tas-Sur Harold, hekk kif kiteb: “Grazzi ta’ kemm ġbidtilna ritratti sbieħ meta konna żgħar. Kont tkun minn tal-ewwel, f’kull okkażjoni konna nsibuk – praċett , griżma , football, summer league u minn kollox. Grazzi Harold.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba tas-Sur Wright, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż.
Facebook/Floriana Ajax Sports Club