Il-kantanta lokali u ambaxxatriċi għal Malta fil-Eurovision 2025, Miriana Conte, ġiet konfermata li se terġa’ titla’ fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest fil-Finali fi Vienna, pass ieħor importanti fil-karriera tagħha li qed tkompli tikber b’mod kontinwu fix-xena mużikali.
Ir-ritorn tagħha jasal wara suċċess sinifikanti, inkluż ir-rilaxx tal-mini album OVERSTIMULATED, li laħaq aktar minn 13.6 miljun streams fuq Spotify.
Barra minn hekk, il-verżjoni ċċensurata tas-single Serving ġabret 8.7 miljun streams, u b’hekk it-total riċenti tagħha jaqbeż it-22.3 miljun streams fuq l-istess pjattaforma.
Miriana ġiet mistiedna lura bħala waħda mill-atti ikoni għas-70 anniversarju tal-Eurovision Song Contest, fejn se tieħu sehem f’interval act speċjali waqt il-finali.
Hija ddeskriviet din l-opportunità bħala unur kbir, speċjalment peress li se tkun qed tipparteċipa f’waħda mill-akbar iljieli mużikali fl-Ewropa.
L-udjenza qed tistenna prestazzjoni memorabbli, u possibilment interpretazzjoni oħra ta’ Serving, hekk kif il-kantanta tkompli ssaħħaħ isimha fix-xena internazzjonali.
Prosit u Awguri Miriana!
Facebook/ Eurovision Song Contest