Il-paġna uffiċjali Mount Carmel Fireworks Factory Żurrieq fakkret il-memorja ta’ żewġ persuni li tant ħadmu b’dedikazzjoni. Sfortunatament tilfu ħajjithom 37 sena ilu f’diżgrazzja.
“Bħal-lum 37 sena diżgrazzja li ħasditkom fil-fjur ta’ ħajjitkom. Ġrajja li mmarkatna għal dejjem. Fuq is sagrifiċċji tagħkom nibnu l-futur tagħna. Strieħu fis-sliem,” kitbet il-paġna.
Qasmet ritratt tagħhom it-tnejn, fejn bosta rreaġixxew u ħallew kummenti biex isellmu l-memorja tagħhom. Jistrieħu fis-sliem.