Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom rigward rekord nazzjonali ġdid li nkiser riċentament minn ġewwa ż-Żejtun.
Huma qalu, “The Malta Records ilbieraħ konna preżenti ġewwa ż-Żejtun għall-festa ta’ Santa Katarina V.M. Hemm saret il-preżentazzjoni ta’ rekord nazzjonali li jikser wieħed preċedenti. L-itwal festun magħmul minn tubi tal-4 piedi, fuq bejt ta’ każin tal-banda.”
Żiedu jgħidu, “Total ta’ 45 tubu għal tul ta’ 180 pied. Tajjeb li ngħidu li r-rekord preċedenti sar fl-2014 u kien ta’ 32 tubu għal tul ta’ 128 pied. Dan ir-rekord ġie miksur mill-Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M.”
Prosit kbira!