L-Anniversarju Tat-Tieġ Ta’ Tiziana Calleja

Il-kantanta u attriċi Tiziana Calleja tagħlaq it-tlett snin anniversarju mar-raġel tagħha Clayton Psaila.

F’din il-ġurnata, t-tnejn l-huma xeħtu ritratt fuq Facebook biex jikkommemoraw dan.

Filwaqt li Tiziana tefgħet ritratt tagħha flimkien mar-raġel u l-kelb tagħhom, bid-deskrizzjoni: '3 💖', Clayton tefa’ diversi ritratti mill-ġurnata tat-tieġ tagħhom u kiteb:

Bħal-llum 3 snin kienet ġurnata sabiħa ħafna għalija u għall-mara tiegħi.

Ingħaqadna fis-sagrament taż-żwieġ.

Inħobbok mara. J’Alla nibqgħu hekk għal dejjem.

Tiziana hija d-direttur ta’ grupp ewlieni f’Malta li jiffoka fuq teatru u mużika, u kklassifikat fit-tielet post fil-Malta Eurosong 2010 b’Words Are Not Enough.

Facebook / @tiziana.callejaii

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI