Puttinu Cares jesprimi l-gratitudni u l-ammirazzjoni lejn grupp ta’ barbiera, parrukkiera, tekniċi tad-dwiefer u artisti tal-irtokk, li ssieħbu flimkien biex jgħinu liul ħafna pazjenti.
“€2,000 inġabru f’ġurnata waħda biss permezz ta’ attività ta’ ġbir ta’ fondi mill-qalb immexxija minn barbiera, parrukkiera, tekniċi tad-dwiefer, u artisti tal-irtokk — kollha magħqudin għal kawża kbira. Bis-saħħa tat-talent, il-ħin, u d-donazzjonijiet personali ġenerużi tagħhom, l-avveniment kien suċċess kbir.”
Fl-istess post isemmu l-ismijiet tal-voluntiera kollha li kienu parti minn din l-idea ġenjali. Prosit lil dawk kollha involuti!