JD donnu li nesa l-anniversarju tiegħu. Skont sħabu tar-radju dalgħodu bdew jaqbdu xi ftit miegħu għax nesa l-anniversarju iżda kmieni dalgħodu, hu tella’ ritratt ta’ martu Stephanie u t-tarbija ċkejken tagħhom, li aktar ma jmur qed jikber.
JD ma tantx ħabbel rasu għax biex jawguralha fuq Facebook sab messaġġ lest minn fuq Google. Ikollna nistqarru li napprezzaw l-onestà tiegħu, għax ftit huma li jammettu meta jsibu xi ħaġa lesta, l-iskuża tkun mhux il-ħsieb kollox.
Hu kiteb, “Kull storja ta’ mħabba hija speċjali, unika u sabiħa — imma tagħna hija l-favorita tiegħi. Sibta Google din bilfors tajba. Happy 5 dear wifey.” Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil JD u lil martu Stephanie f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Stephanie Camilleri