Jintlemħu Meryl Streep U Anne Hathaway Jaħdmu The Devil Wears Prada 2

Din il-ġimgħa, l-internet sar ossessjonat bil-produzzjoni tas-segwiment tant mistenni ta’ The Devil Wears Prada.

L-ewwel film, li kien suċċess fenomenali, ħareġ fl-2006. Meryl Streep, Anne Hathaway, Emily Blunt u Stanley Tucci qed jirritornaw għat-tieni film li se joħroġ is-sena d-dieħla, 20 sena wara l-ewwel wieħed!

Din il-ġimgħa ħafna nies raw lil Meryl Streep u Hathaway jiffilmjaw xeni fit-toroq u l-uffiċċji ta’ New York, lebsin ħwejjeġ mill-isbaħ. Kien hemm saħansitra każijiet fejn huma sellmu lill-fans li kienu qed jammirawhom mill-bogħod.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI