Minn meta dehru l-ewwel darba waqt l-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent, il-missier u l-iben Jomike u Lydon, minnufih serqu l-qlub ta’ kulħadd. Il-makjetti tagħhom niżlu tant tajjeb mal-pubbliku, li rebħu l-kompetizzjoni.
Għadda ż-żmien u baqgħu maħbuba u kull meta jitfgħu xi makjetta, jkun hemm reazzjonijiet sbieħ. Din id-darba fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, iddeċidew li joħolqu makjetta sakemm jistennew il-vaput għal Malta.
“Meta tkun qed tistenna l-vapur f’ħin bikri trid tagħmel xi ħaġa allura qabbilna għanja,” kitbu fuq il-paġna uffiċjali. M’hawnx bħalhom dawn it-tnejn!
Facebook/ Lydon & Jomike