"Żewġ Uffiċjali Tal-LESA Taw L-Ewwel Għajnuna Lil Anzjan Fil-Furjana… Grazzi!" – Terry Ta' Bormla

Żewġ uffiċjali tal-LESA ntlemħu jagħtu l-ewwel għajnuna lil anzjan ġewwa l-Furjana wara li dan sab ruħu f’nofs emerġenza medika.

“Nagħmlu xogħolna b’dedikazzjoni u professjonalità speċjalment fejn jidħol iċ-ċittadin u iżjed u iżjed is-saħħa taċ-ċittadin,” saħaq uffiċjal tal-LESA b’reazzjoni għal dan il-ġest nobbli li ra t-tifħir ta’ bosta.

It-Terry ta’ Bormla li qasmet dan il-ġest fuq il-midja soċjali wkoll esprimiet gratitudni u awgurat lil dawn iż-żewġ uffiċjali tal-LESA għall-ħidma tagħhom li għenet lil dan l-anzjan li nzerta kellu bżonn l-għajnuna.





Prosit lill-ufiċjali tal-LESA!

Ritratti: Facebook / Terry Muscat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI