Ilbieraħ, Maria Muscat La Barokka qasmet filmat ta’ meta kienet taħdem mal-President Emeritus Mara-Louise Coleiro Preca. Kulħadd jaf kemm Maria hija kantanta brava u jidher li l-President ħadet iċ-ċans li tisma’ l-vuċi ta’ Maria La Barokka meta kellha żjara minn Frate Alessandro li jaf idoqq il-pjanu.
Maria kitbet, “Memorji tal-Palazz San Anton… meta b’mod spontanju l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca kienet talbitni biex inkanta l-Ave Maria ma’ Frate Alessandro li ġie jżurha fil-Palazz. Memorji sbieħ u ħelwin.” Żgur li memorji spontanji bħal dawn jibqgħu fil-memorja. Ma nixbgħu qatt nisimgħu dik il-vuċi li sebbħek biha l-Mulej, Maria!
Facebook / Maria La Barokka