Sarah Bajada kitbet messaġġ emozzjonali u profond iddedikat lill-maħbub tagħha Alex Borg.
Hi spjegat, “Dak li taraw fuq il-mezzi soċjali huwa biss biċċa żgħira mill-ħajja reali ta’ xi ħadd. Warajha jkun hemm nies reali b’ħajja reali u familji reali. Għalkemm mhux dejjem faċli, jiena grata li ltqajna u li nista’ ngħix il-ħajja tiegħi ma’ dan ir-raġel inkredibbli li jsib il-ħin biex jagħmel l-iktar affarijiet sempliċi bħal jimtela kollu dqiq biex joħloq memorji speċjali ma’ Sam. Ejjew napprezzaw il-valur li nieħdu l-ħajja bilmod u nagħmlu memorji li nibqgħu ngħożżu għal dejjem.”
Messaġġ tassew sabiħ li jiftħilna għajnejna dwar il-fatt li dak li naraw fuq il-mezzi soċjali mhuwiex kollox.
View this post on Instagram
Instagram / @s.bajada020