Il-preżentatur Twanny Scerri kiteb messaġġ mill-isbaħ fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu hekk kif hu u l-mara tiegħu Marianne, qed jiċċelebraw 44 sena flimkien.
“Rumanz li wasal fil-kapitlu 44,” hu kiteb. “Daqs kemm ili fix-xandir, daqshekk ilna miżżewġin Marianne u jien. Bħal-lum, 14 ta’ Ġunju tal-1981.”
“Rumanz mimli avventuri – ħafna minnhom sbieħ u li ma jintesewx! Familja, kantanti, avvenimenti nazzjonali, palk u kunċerti. It-tifla tagħna Cinzia u dawn l-aħħar snin in-neputijiet Katrina u Jake! Kollox flimkien!”
“Grazzi Mulej li wassaltna s’hawn! Matrimonio con marianna 44 anni fa!”
Facebook / Twanny Scerri