“Sajf Ma' Ġesù” – Parroċċa Santa Marija L-Imqabba B’Inizjattiva Mill-Aqwa Għat-Tfal Dan Is-Sajf!

Il-Parroċċa Santa Marija tal-Imqabba jaqsmu ritratt tassew ħelu u jiktbu, “Dawn huma uħud mit-tfal li għażlu li jkollhom Sajf ma’ Ġesù! Infakkrukom tfal, biex tmorru l-quddies mal-familji tagħkom matul il-ġimgħa inkluż is-Sibt filgħodu.”

Huma jiktbu, “Idħlu fis-sagristija u ittimbraw il-fuljett li ingħatalkom nhar il-Ħadd li għadda. Min m’għandux idħlu fis-sagristija biex ikollkom wieħed ukoll. Ser jingħata rigal sabiħ għall-attendenza. Ħeġġu lil tfal oħra biex jiġu l-quddiesa.”





Huma jżidu, “Il-ħinijiet tal-quddies ta’ matul il-ġimgħa huma: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30, 8:00 u 18:30. Is-Sibt: 6:30 u fit-8:00. Aktar informazzjoni fuq u mingħand il-membri tal-Kummissjoni Familja Parroċċa Mqabba.”

Prosit tassew ta’ din l-inizjattiva. Sabiħ li narawha f’aktar postijiet madwar Malta u Għawdex!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI