Id-direttur ġenerali tad-diviżjoni tat-tindif Ramon Deguara qasam mas-segwaċi tiegħu ritratt ta’ sufan mormi fuq bankina prominenti f’Buġibba. Deguara qal li min għamel dan “ħaqqu l-aqwa premju Nazzjonali taċ-ċiviltà”. Deguara qal li dan l-att juri nuqqas ta’ rispett fuq żewġ aspetti; “(1) Rimi illegali ta’ skart goff; (2) Imblukkar tal-bankina. Ħadd ma jista’ jgħaddi, għax il-bankina tiegħu hux!”
Id-direttur ġenerali kompla billi qal “ara jiġix xi ħadd u jgħid li dan tort tal-ħaddiema tat-Tindif issa ta!”
Facebook / Ramon Deguara