Il-paġna lokali Maltese Islands Weather fuq il-mezzi soċjali tagħhom jiktbu, “It-temperatura għolja mbassra għal tmiem il-ġimgħa, partikularment il-Ġimgħa 14/3 u s-Sibt 15/3, se tkun ta’ tentazzjoni għal ħafna sabiex jerħulha għal baħar. Ma fiha xejn ħażin. Oqogħdu attenti però jekk se tgħumu, tgħoddsu, toħorġu bid-dgħajsa eċċ…”
Huma jżidu, “Ir-riħ minn Nofsinhar ix-Xlokk għal Nofsinhar se jonfoħ b’buffuri qawwijin ħafna tul il-jum tal-Ġimgħa. Dan se jissokta tul il-jum tas-Sibt, bid-direzzjoni tar-riħ taqleb drastikament lejn il-Punent Majjistru waranofsinhar. Riħ bil-buffuri imbagħad ikompli tul il-jum tal-Ħadd.”
Il-paġna tkompli tispjega, “Dan ir-riħ se joħloq baħar qawwi madwar il-Gżejjer Maltin. Il-bidla fid-direzzjoni tar-riħ se toħloq ukoll imbatt imħawwad b’mewġ mill-mix-Xlokk u l-Lbiċ fl-istess waqt tul il-jum tas-Sibt. Magħhom se jkun hemm ukoll kurrent mill-Majjistral. Għaldaqstant ma nirrakomandawx li jsiru attivitajiet relatati mal-baħar speċjalment tul kosta esposta.”
Huma jtemmu, “Oqogħdu attenti!”