Il-kantant Kevin Borg hu tassew maħbub f’Malta u kif ukoll barra minn xtutna għall-karattru umli tiegħu. Illum hu kompla joħroġ il-qalb tad-deheb tiegħu hekk kif kiteb li qed jagħti d-demm u b-kelmtejn qosra prova jħajjar lis-segwaċi tiegħu biex jagħmlu l-istess.
Hu kiteb, “Illum qed nagħti d-demm għas-sitt darba f’ħajti biex nipprova ngħin lil ħaddieħor li hu fil-bżonn. Li tagħti donazzjoni tad-demm tfisser ħafna għall-pazjenti li huma fil-bżonn. Nixtiqilkom kollha nhar ta’ Ħadd mill-isbaħ.”
It-tbissima ta’ fuq fommu fir-ritratt tixhed biċ-ċar is-sodisfazzjoni li qed iħoss għaliex bil-ġest nobbli tiegħu hu qed isalva l-ħajja ta’ diversi nies. Nirringrazzjawh ta’ dan il-ġest sabiħ u lkoll kemm aħna għandna nieħdu l-eżempju tiegħu għaliex li tagħti d-demm hu wieħed mill-isbaħ rigali li qatt tista’ tagħti!
Facebook / Kevin Borg