Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Replay (Net Television) qasmu mas-segwaċi tagħhom rigward partita importanti li ser tkun qed tintlgħab ftit tal-ħin ieħor.
Huma qalu, “Jekk għadek ma għamiltx ħsieb, illejla ejja u agħti l-appoġġ tiegħek lit-tim nazzjonali Malti fl-aħħar logħba f’League D tal-UEFA Nations League kontra l-Andorra, fid-8:45pm. B’rebħa Malta tkun qed ittemm bl-istess ammont ta’ punti daqs il-Moldova, b’dawk tal-aħħar huma r-rebbieħa tal-grupp u nkunu kkonsolidajna t-tieni post fil-grupp li hu diġa’ ċert.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Rebħa llum kontra l-Andorra, ikun ifisser li Malta tkun kisbet l-aqwa riżultat fl-istorja sal-lum ta’ din il-kompetizzjoni hekk kif f’Marzu tal-2026 se nkunu qed nilgħabu play-off kontra avversasrji li se jkunu magħrufa x-xahar li ġej. Malta għadha biċ-ċans li tikseb promozzjoni għal League C u prestazzjoni oħra pożittiva llum tkun qed tkompli tgħolli l-moral tal-iskwadra mmexxija mll-kowċ Davide Mazzotta. Forza Malta.”
Facebook/Malta Football Association – 1900