“Fl-Aħħar Ġimgħa, Beda Dan Ix-Xogħol Bżonnjuż Fl-Entratura Tal-Mellieħa” – Kunsill Lokali Mellieħa

Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kitbet dwar xogħolijiet li qed iseħħu bħalissa bil-għan li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sigurtà f’din it-triq.

Kitbu, “Infrastruttura biswit ir-roundabout ta’ Selmun u t-triq prinċipali. Is-Sindku Gabriel Micallef flimkien mal-Kunsillier Emvin Bartolo segwew ix-xogħolijiet li qed isiru bħalissa. Fl-aħħar ġimgħa, beda dan ix-xogħol bżonnjuż fl-entratura tal-Mellieħa. Il-Kunsill kien talab l-assistenza biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sigurtà f’din it-triq, u wara ttestjar li sar minn Infrastructure Malta, inbeda dan il-proġett.”

Żiedu jgħidu,  “Il-Kunsill segwa u kkonsulta dwar dawn ix-xogħolijiet f’isem ir-residenti flimkien mal-periti ta’ Infrastructure Malta. Ringrazzjament lill-ħaddiema tal-entità għall-koperazzjoni tagħhom u lill-kuntrattur għax-xogħol siewi.”





Facebook / Mellieha Local Council



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI