Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola żvelat mas-segwaċi tagħha li għadha kemm irċeviet premju ieħor wara li ftit xhur ilu rċeviet il-midalja tad-deheb għall-kontribut tagħha fil-qasam tal-politika. F’Jannar ireċeviet ukoll l-unur tal-mara tas-sena waqt il-konferenza tan-nisa fid-dinja legali.
Fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Metsola qalet, “Il-libertà u d-demokrazija huma dawk li l-Ewropa nbniet għalihom.” Qalet ukoll li n-nies tal-Belarus ma jistħoqqilhom xejn anqas minn hekk. Kompliet billi qalet li, “dan il-premju Cross of Good Neighborhood ser ikompli jagħti spinta lill-impenn tagħna lejn in-nies tal-Belarus u l-ġlieda tagħhom. L-Ewropa mhux ser tħallikom weħedkom.”
Prosit kbira tmur lejn il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola li għamlet u għadha qed tagħmel unuri kbar kemm lil pajjiżna u kif ukoll lill-Ewropa!
Facebook/ Roberta Metsola