"L-Iktar 'Raqda' Sodisfaċenti, Insomma Raqda Għalih Mhux Għalija." – Mumenti Ħelwin Ta' Joe Demicoli U N-Neputi

F’April li għadda Joe Demicoli kellu waħda mill-isbaħ u l-aktar promozzjonijiet sinifikanti fil-ħajja personali tiegħu. Dan hekk kif b’ferħ kbir sar nannu għall-ewwel darba – mument li żgur se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tiegħu u ta’ martu Sonia.

Joe ġieli jitfa’ xi ritratt man-neputi, ritratti li jibqgħu tant prezzjużi, jgħaddi kemm jgħaddi żmien. Jidher li aktar kmieni, iż-żgħir tal-familja ddeċieda li jorqod daqsxejn.

“Bonġu. L-iktar ‘raqda’ sodisfaċenti, insomma raqda għalih mhux għalija,” jikteb Joe. Bosta ggustawhom fir-ritratt u kkummentawlhom dwar kemm hu ritratt prezzjuż tal-ħin li jqattgħu Joe u n-neputi.

Xi ħlew!





Facebook/ Joe Demicoli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI