Qatt immaġinajt tmur quddies ta’ tieġ u l-kantanta tkun l-għarusa stess? Stramba ftit. Imma ġrat tafux. Vanessa Vassallo li hi mezzo sopran iddeċidiet li tagħmel proprju dan fil-ġurnata speċjali tagħha u tar-raġel tagħha.
Ħafna drabi, dan hu l-mument li kulħadd jiftakar u Vanessa żgur li ħalliet impressjoni fuq dawk li kien hemm preżenti f’dal-jum speċjali. Vanessa kantant l-Ave Maria, waħda mill-kanzunetti reliġjużi favuriti tagħha.
Peress li Vanessa, kienet kantat din il-kanzunetta diversi drabi għal tant koppji differenti, iddeċidiet li għandha tagħmel listess fil-jum speċjali tagħha. Milli jidher kien ir-raġel tagħha li kkonvinċieha tagħmel dan. Ngħiduha kif inhi, irid ikollok il-gazz!
Ħafna jkunu emozzjonati f’dan il-mument tant importanti, u kien hemm qraba u ħbieb li beżgħu li dal-mument mhux ħa jirnexxi. Iżda Vanessa, irnexxielha tikkontrolla l-emozzjonijiet sbieħ u tkanta bl-aktar mod anġeliku.
Facebook / Vanessa Vassallo