Il-paġna tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati qasmet l-aħbar ta’ qsim il-qalb li sfortunatament Snoopy ħalliena.
“Illum, tajna l-aħħar tislima tagħna lill-maħbub Snoopy, ir-re u l-maskot tagħna,” huma kitbu. “L-aqwa kelb u l-wiċċ tas-Santwarju tal-AAA.”
“Ilu jbati minn problemi fil-fwied u fil-kliewi, u kellu problemi fil-ġenbejn, fis-sinsla u fl-irkoppa għal snin sħaħ, li tant huma tipiċi tar-razza tiegħu.Huwa ħabbna, imma żgur li aħna ħabbejnieh lura.”
“Grazzi kbira lil Dr. Bane talli għen b’mod delikat lil Snoopy biex jgħaddi għall-ħajja li jmiss, lil Dr. Marta għall-pariri u d-dijanjosi tagħha għax-xhur kollha li Snoopy kien fuq kura u lil Dr. Zoran għas-sessjonijiet inkredibbli ta’ acupuncture li ta lil Snoopy fihom l-aħħar sentejn.”
“U lilkom ilkoll, li tappoġġjawna u tagħmilha possibbli li noffru lill-maħbubin tagħna abbandunati, dan kollu. Grazzi.”
Facebook/Association for Abandoned Animals