“Noah, Noah. Fejn Ħrabtilna? Kif Għidt Qabel, Noah Tana Ħafna U Naħseb U Nispera Li Jibqa’ Jtina” – Simon Mizzi

Riċentament sar il-funeral taċ-ċkejken Noah li tilef ħajtu b’mod traġiku. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, missieru Simon Mizzi qasam kelmtejn mas-segwaċi tiegħu.

Hu qal, “Fil-jiem li għaddew għamilna appell, Joanna u jien, sabiex flok fjuri ssir għotja lil Voice For Inclusion Gozo.  Il-fjuri xorta ntbagħtu, u ta’ dan nirringrazzjaw lil kull min bagħathom. Konna bla kliem waqt iċ-ċelebrazzjoni u wara. Imma ħaġa sabiħa li ngħidu li l-ġabra totali hi ta’ €10,684.46.”

Żied jgħid, “Nafu fiċ-ċert li din l-assoċjazzjoni se tiddisponi minn dawn il-flus għall-aħjar ta’ ħafna tfal Għawdxin u anki Maltin, li ma jsaqsu xejn ħlief li jkunu bħall-ħaddieħor minkejja d-diffikultajiet tagħhom. Din l-assoċjazzjoni tgħin lilna wkoll. Noah, Noah. Fejn ħrabtilna? Kif għidt qabel, Noah tana ħafna u naħseb u nispera li jibqa’ jtina. Maħbub għal dejjem.”





Facebook/Anthony Zammit 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI