Fuq il-paġna uffiċjali Miss Malta għadhom kemm ħabbru li Henrika Galea ser tkun qed tibda l-vjaġġ tagħha fil-konkors Miss Cosmo.
“Ir-reġina tagħna ta’ Miss Cosmo Malta tibda l-kapitlu li jmiss tagħha llejla! Henrika Galea titlaq minn Malta llejla hekk kif sejra lejn il-Vjetnam biex tibda uffiċjalment il-vjaġġ tagħha ta’ Miss Cosmo. Aħna kburin immens bil-ħidma kbira, bil-grazzja u bid-determinazzjoni tagħha.”
Din il-parteċipazzjoni tiġi meqjusa bħala mument storiku, hekk kif Malta se tagħmel id-debutt tagħha f’Miss Cosmo. Juru appoġġ kbir għal Henrika għal din l-esperjenza speċjali għaliha u għal Malta.
Facebook/ Henrika Galea